24 May 2009

Il-Hajja



‘Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefahlu f’imnisejh nifs il-hajja, u l-bniedem sar hlejqa hajja (Gen 2:8). ‘U Alla halaq il-bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla halqu, ragel u mara halaqhom (Gen 1:28). Mhux talli hekk talli Alla lill-bniedem poggieh jahkem fuq l-hlejjaq l-ohrajn kollha!

Imma l-bniedem ma kienx kuntent b’dan kollu, ried li jsir daqs Alla. Ghamel ta’ rasu u spicca jghix f’dinja fejn il-hazen jirrenja u l-mewt issaltan. Flok liberu l-bniedem sar ilsir tieghu nnifsu u tal-gid li jipposedi. Dejjem ifittex l-kuntentizza billi jkollu iktar poter u flus ghax il-quccata f’din id-dinja jilhaqha biss s-sinjur u min ghandu s-setgha li jmexxi. L-ironija tal-hajja hi, li aktar mal-bniedem ikollu, aktar ihossu mdejjaq!

Bosta atturi u kantanti ta’ fama internazjonali ghandhom flus kemm jesa’ gidhom u tant kisbu popolarita’ li saru l-idoli ta’ hafna nies. Madanakollu hafna minnhom waqghu f’xi vizzju bhad-droga u fil-fond ta’ qalbhom m’ghandhomx kuntentizza u paci. Hija hasra li hajjithom jarmuha u sahansitra ittemmuha kiesah u biered.

Ahna m’ ahniex bnedmin ta’ l-art biss, ma nistghux nahsbu u nagixxu daqs li kieku wara din il-hajja jispicca kollox! Ma rridux nhallu l-materjalizmu johnoqna, tant li nitilfu s-sens ta’ x’inhi verament l-hajja! Alla hu l-awtur tal-hajja u tana t-tama ghal hajja ahjar, meta Ibnu fethilna mill-gdid il-bieb tal-genna. Ejjew inkunu bnedmin li nhallu l-Gesù jghix f’qalbna, u b’hekk ikollna l-hajja vera, li ggib ferh, paci u kuntentizza fina nfusna u f’dawk li niltaqghu maghhom.


Posted By Kummisjoni Media


13 Apr 2009

L-Imhabba



L-imhabba x’inhi…? Mistoqsija maghmulha minn hafna nies li ’mpossibli issib twegiba wahda ghaliha, ghax kulhadd jesperjenzaha b’modi u f’waqtiet differenti tal-hajja.

L-imhabba hija mizrughha fil-qalb ta’ kull bniedem u tikber bil-mod. Din l-imhabba trid tissaqqa kontinwament, minn persuni li jaqsmu mal-ohrajn mill-istess imhabba li jkunu ircevew huma. Meta persuna dduq l-imhabba vera, ma tistax izzommha ghaliha, ghax thoss il-bzonn li taqsamha ma haddiehor. Din ix-xewqa li jkun mahbub u li jhobb qeghda fil-qalb ta’ kulhadd.

L-imhabba trid tinbena fis-sod u biz-zmien. Biex wiehed jasal li jhobb lil persuna ohra, irrid jibda billi jsir jaf lil din il-persuna, u iktar ma wiehed jinsa lilu nnifsu, iktar ikun jirnexxielu jhobb. Jekk naghtu harsa lejn il-vokazzjonijiet, nindunaw li kull vokazzjoni hija msejsa fuq dawn iz-zewg elementi principali: l-imhabba, u l-ghotja taghhom infushom. Kemm fil-vokazzjoni taz-zwieg, kif ukoll tas-sacerdoti, sorijiet jew lajci mpenjati, ilkoll irid ikollhom l-imhabba u l-ghotja taghhom infushom fil-fond ta’ qalbhom.

Qawl taljan jghid: ‘non ce rosa, senza spine’. Bhal ma warda sabiha tista tniggez bix-xewk taghha, hekk ukoll l-imhabba. L-imhabba hija ferm sabiha, imma taf twegga’ meta taghraf thobb minghajr ma tistenna xejn lura. Madre Tereza kienet tghid: ‘Love until it hurts’, u lkoll nafu kemm din tinvolvi sagrificcji kbar! Fiz-zwieg, kemm-il darba l-genituri ikollhom jiccahdu minn affarijiet biex jaraw lil uliedhom ahjar, u l-akbar ghafsa ta’ qalb tal-genituri tkun meta uliedhom ma japprezzawx dak li ghamlu ghalihom, u sahansitra jabbandunawhom jew iduru kontrihom. L-istess jigri mas-sacerdot, li jkun offra hajtu biex iwassal lil Kristu ghand l-ohrajn, u minhabba li jkun daghjjef, ta’ bniedem bhal ohrajn li hu, xi nies iduru kontrih u kontra l-Knisja.

Kieku kellha ssir lista’ ta’ nies li weggghu, jew qed iweggghu minhabba li l-imhabba li juru, din zgur ma tispicca qatt. Taf tkun facli li nies bhal dawn jinterpretaw l-imhabba b’mod ikrah u negattiv, minhabba n-nuqqas ta’ mhabba vera u sinciera li kellhom f’hajjiethom. Pero San Pawl jaghmlilna kuragg, fl-ittra tieghu lil Korintin, meta jghid: ‘M’hemmx imhabba aqwa minn din li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu! L-imhabba taf tistabar u thenn, l-imhabba m’hijiex ghajjura, ma tintefahx biha nnifisha, ma titkabbarx fuq l-ohrajn, ma tixtieqx dak li mhux xieraq, ma tfittixx dak li hu taghha, xejn ma tinkorla, ma zzommx f’qalbha ghad-deni, ma tifrahx bl-ingustizzja imma tifrah bil-verità, kollox taghder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti, l-imhabba ma tintemm qatt.’ (1 Kor 13:8)

Jekk ilkoll nimxu fuq dawn l-kwalitajiet ta’ l-imhabba, zgur li l-imhabba vera tikber fostna!


Posted By Kummisjoni Media


02 Mar 2009

Il-Mahfra



Meta xi hadd iweggaghek b’xi azzjoni hazina li jkun ghamel, zgur li l-mahfra ma tkunx wahda mill-ewwel affarijiet li tigik f'rasek li taghmel! Ovvjament, il-gravità ta' kemm wiehed ha jhossu mwegga jiddependi fuq l-azzjoni li jkun ircieva, pero l-process tal-mahfra idum skond meta dak li jkun jiddeciedi li jhalli l-weggha warajh u allura jasal li jahfer.

Hija fin-natura tal-bniedem li wiehed ipatti lura ghal azzjoni hazina li jkun ircieva. Forsi jekk wiehed ipatti lill-avversarju tieghu, ma jkunx qed jahli l-energija tieghu, jahseb fuq modi kif jista' jaghmel dan? U wara dan kollu, flok ma wiehed ikun strieh minn dik il-weggha, ikun kabbar iktar il-mibgheda u allura jibqa' ma jistriehx.

Il-mahfra tasal ghaliha biss jekk thares lejn Kristu Msallab u titghallem minnu. Titghallem kemm hi kbira l-imhabba t'Alla li biex jahfrilna dnubietna u jaqqghadna mal-Missier, ma stmerrx jibghat lill Ibnu l-Wahdieni fid-dinja, minkejja d-drabi kollha li ahna chadnieh. Gesù kemm il-darba tkellem fuq din il-mahfra, pero mhux tkellem biss, imma ipprattikha ukoll. Sahansietra meta kien fuq is-salib, f'dik is-sura ta' tbatija, talab lil Missier biex jahfrilhom u mhux biss, imma skuzhom billi qal: "Missier ahfrilhom, ghax ma jafux x'inhuma jaghmlu" (Lq 23:34). Minjaf kemm drabi ma konniex nafu x'ahna naghmlu! Minkejja dan, Gesù jahfrilna u jiskuzana, kull darba li nersqu lejH fis-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni.

Facli nghidu li hi impossibli li tahfer, u nieqfu fuq li Gesù huwa Alla u jien bniedem dghajjef li ma nasalx biex nahfer. Imma mhuwiex minnu li jien ma nistax nasal li nahfer. L-importanti li naghmel hilti kollha, u sincerament inkun irrid li nahfer, u Alla ma jonqosx milli jaghtini l-ghajnuna mehtiega u l-grazzja tieghu biex nasal ghal din il-mahfra. Niftakru li Alla jafna, u jaccettana bid-djughfija taghna, u zgur ma jitlobx l-impossibli minna.

Facli nahsbu li meta wiehed jasal li jahfer, tkun qed tagwadanja biss il-persuna l-ohra. Fil-verità, l-persuna li tahfer taggwadanja hafna ukoll, ghax dik l-istess rabja u mibeghda tinbidel f'ferh u paci tal-qalb. Il-mahfra ma tapplikax biss meta nigu biex nahfru lil-ohrajn, imma importanti huwa ukoll li nkunu kapaci nahfru lilna nfusna ukoll. Il-mahfra m'ghandiex limiti, infatti meta Pietru staqsa lil Gesù xi kemm il-darba wiehed ghandu jahfer, Gesù wiegeb: "Ma nghidlekx ghal seba' darbiet, imma sa sebghin ghal seba' darbiet" (Mt 18:22).

Mela naghmlu l-qalb u nersqu lejn is-Sagrament tar-Rikonciljazjoni biex nircievu l-mahfra minghand Alla u biex nircievu ukoll il-grazzja tieghu halli bhal Gesù nkunu kapaci nahfru lilna nfusna u lil ohrajn!


Posted By Kummisjoni Media


07 Feb 2009

Il-Fidi




Il-fidi… kelma tqila biex tifhimha ghax hi twemmin ibbazat fuq ir-raguni, imma ma tistax taraha jew tippruvaha bix-xjenza. Forsi hafna jorbtu l-fidi mar-religjon, imma fil-verità tista tghid li nigu bzonnha kuljum.

It-tfal ma joqoghdux jiccekkjaw jekk fil-lunch li jkunu preparawlhom il-genituri ghall-iskola, ikunux ghamlulhom xi velenu, ghax huma certi mill-imhabba taghhom tant li ghandhom fiducja ghamja li mhux ha jtuhom affarijiet li jaghmlulhom il-hsara. Jekk mill-banda l-ohra qatt ma jkunu ircevew imhabba mill-genituri jew issir xi azzjoni li kagun taghha jitilfu il-fiducja fil-genituri taghhom, allura jiddubitaw kollox, u jhossu certa indifferenza u bruda minhabba din in-nuqqas ta’ mhabba.

Dan il-paragun hu simili tal-fidi taghna f’Alla. Hawn min ghandu fidi kbira f’Alla ghax f’hajtu kellu xi esperjenzi li kabbru fih zerriegha ta’ fidi. Issib ukoll min ikun mghammed u jkollu zerriegha ta’ fidi, izda ma tkunx intghagnet ma l-izvilupp ta’ l-individwu. B’rizultat ta’ dan, il-bniedem irrid ikabbar fih il-fidi, biex b’hekk ikun jista jaghraf lil Alla.

Ahna l-insara rridu nkun nsara vera u mhux insara fejn jaqblilna biss! Inutli nghidu li nemmnu f’Alla imbaghad naghmlu distinzjoni bejn razza, religjon u kull tip ta’ diskriminazzjoni ohra. Il-qassisin, b’mod paritkulari, ghandhom responsabilta’ kbira biex kollha kemm huma jilqghu lil kulhadd. B’hekk tittnehha din il-perspettiva hazina li sfortunatament hawn tal-Knisja. Mhu veru xejn li l-Knisja hija partit politiku iehor, kif jinstema’ jinghad fil-media. Il-Knisja waqqafha Sidna Gesù Kristu bhala komunità li flimkien f’ghaqda wahda tistqarr fidi wahda. Mela kif jista’ jkun li jigu xi nsara u jghidu li ma Alla iva, u mal-Knisja le?! Nammettu li fil-knisja saru u jsiru zbalji li habba fihom batew nies innocenti u dan huwa hazin u ta’ hsara kbira, pero ma rridux ninsew li l-knisja hija mmexxija minn bnedmin u ghalhekk hija suggetta ghall-izbalji. Xorta jibqa l-fatt li Gesù halla f’idejn l-appostli biex imexxu l-knisja, u kien jaf x’isarfu, imma b’dan wera li fid-dinja hadd u xejn mhu perfett, u li hu kapaci jinqeda bid-dghjufija taghna l-bnedmin, biex iwettaq ir-rieda tieghu.

Niftakru, li jekk ahna nsara ta’ veru, rridu nimxu dejjem wara Kristu, u ghandna d-dmir li nghaddu dan id-don tal-fidi lil kulhadd, hekk kif giet mghoddija lilna minn Missierna San Pawl.


Posted By Kummisjoni Media


25 Jan 2009

Wara li Jghaddi Kollox



Il-bambini jergghu jidhlu lura f’posthom, is-sigra tal-milied tizzarma u kollox jerga’ lura ghan-normal. Kulhadd jerga’ jibda r-rutina tas-soltu, it-tfal lura fuq il-bankijiet ta' l-iskola u l-kbar fuq il-postijiet tax-xoghol.

Terga tibda tohnoqna l-konfuzjoni u l-genn tal-hajja li thallina bla nifs! Sakemm ma kienx hawn min hadem u ggennen iktar fil-milied, li nahseb kien hawn numru mhux hazin! Imma f’dan l-artiklu nixtieq nerga naghmel ‘rewind’ u niffoka ftit fuq x’hadna minn din it-tifkira tant kbira u sabieha tat-twelid ta’ Sidna Gesù Kristu. Xi ftit jew wisq kulhadd kellu ftit hin liberu fejn seta’ jidhol fl-atmosfera tal-Milied. Meta nghid tidhol fl-atmosfera miniex nirreferi ghall-affarijiet artificjali bhal parties u ikliet li huma sinonimi maz-zmien tal-Milied.

Ta’ kull sena naghmlu t-tifkira ta’ grajja li grat ftit aktar minn elfejn sena ilu meta f’daqsxejn ta’ ghar f’Betlehem twieldet tarbija li kellha tkun id-dawl ta’ kull bniedem. Ahna ma nfakkrux tifkira li grat darba u daqshekk imma li ghadha u tibqa’ issehh sa l-ahhar tad-dinja! Dan ghaliex Gesù twieled ghal kull bniedem kemm ghal generazzjonijiet ta’ qabilna kif ukoll ghal dawk li ghadhom gejjin. Kull Milied mhux bhal ta’ qablu, kull Milied ghandu messagg differenti xi jwasslina. Il-Milied irid ihalli effett fuqna matul is-sena kollha, inkella l-Milied seta’ ma gie xejn!

Il-veru Milied ifisser imhabba bla qies minn Alla li gie fid-dinja u sar bniedem biex jifdi lili u lilek! Mela issa din l-imhabba trid timxi minn bniedem ghall-iehor bhan-nixxiegha ilma u tasal sa truf l-art kollha! Jekk matul din is-sena kulhadd jipprova jwassal din l-imhabba lil dawk ta’ madawru, jkun verament qed jghix il-Milied is-sena kollha!

Awguri ghal sena mimlija ferh, paci tal-qalb, sahha u fuq kollox li nghixu l-Milied is-sena kollha!
B'hekk ikun Milied li fih Gesù Bambin twieled f'qalba, u kompla jghix maghna tul hajjietna kollha.


Posted By Kummisjoni Media